#MJA30 – Fatti u Figuri
Illejla se jitħabbru ir-rebbieħa tal-unuri għall-aqwa xogħolhom ġurnalistiku matul is-sena 2019. Hawn taħt tistgħu issibu tagħrif u statistika dwar dawn l-unuri. It-trażmissjoni diretta tibda fit-2000hrs fuq TVM2 b’Red Carpet Show ippreżentat mill-ġurnalisti ta’ One u Net, Kelly Peplow u Keane Cutajar li se jkunu qed jintervistaw lill-finalisti u kapijiet ta’ kmamar tal-aħbarijiet ewlenin f’Malta huma u deħlin għaċ-ċerimonja. Iċ-ċerimonja finali tibda fid-2045hrs u se tkun ppreżentata minn Valerie Vella u Colin Fitz, bl-unuri prinċipali ikunu il-Gold Award, li hu rikonoxximent għall-kontribut li ġurnalist ikun ta’ fil-karriera ġurnalistika tiegħu, kif ikoll l-unur tal-aqwa investigazzjoni tas-sena li se jiġi ppreżentat mill-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Vella wara li jagħmel diskors dwar l-istat tal-ġurnaliżmu f’Malta.
Kif taħdem is-sistema?
Dawn l-unuri tal-lejla se jippremjaw l-aqwa xogħol ġurnalistiku fl-2019.
F’Awwissu li għadda tnieda sit elettroniku gdid – igm.mt – bl-ewwel għan tiegħu kien li jservi ta’ pjattaforma virtwali biex il-ġurnalisti jkunu jistghu japplikaw għall-istejjer li jħossu li għandhom ikunu ippremjati f’dawn l-unuri b’mod elettroniku u mhux iktar billi jissottomettu fiżikament kopji fuq pendrives, hards disks, ritratti stampati, karti, eċċ iżda kollox fuq sistema online.
Apparti l-ġurnalisti infushom, setgħu japplikaw ukoll l-edituri tal-kmamar tal-aħbarijiet f’isem ġurnalisti oħra.
L-applikazzjonijiet setgħu jintlaqgħu sal-aħħar ta’ Settembru u minn hemm, inħatru żewġ panels ta’ ġurija li hija ukoll l-ewwel darba billi normalment kienu jinħatru 3 membri biss bħala ġurija.
Il-membri tal-gurija intagħżlu skont il-ħiliet, kwalifiċi u esperejnzi tagħhom fil-qasam ġurnalistiku u aspetti tal-media.
Dawn se jitħabbru minuti biss qabel tibda iċ-ċerimonja uffiċjali.
Il-ġurija għamlu l-ġudizzju tagħhom individwalment u saru jafu min huma il-membri l-oħra fil-ġurija waqt laqgħa organizzata mill-Kummissjoni biex ikunu finaliżżati ir-riżultati ftit jiem ilu biss. L-għan wara dan il-metodu hu biex ma jkunux jistgħu jinfluwenzaw lil xulxin.
Din is-sena, il-Kummissjoni iddeċidiet li tħabbar min kienu il-finalisti f’kull kategorija waqt iċ-ċerimonja finali bil-għan li kull min issottometta xogħlu ikun parti miċ-ċelebrazzjoni tal-ġurnaliżmu li għandna illejla.
B’kollox hemm 18-il kategorija – iżda se jingħaaw 19-il trofew. Dan għaliex il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Maltin se jkun qed jagħti rikonoxximent lill-ġurnalisti li jikkontribwixxi bil-kitba (fosthom fuq is-siti elettroniċi u l-ġurnali) waqt li se jingħata rikonoxximent ukoll lil ġurnalist li jaħdem fil-qasam tax-xandir.
Ġurnalizmu Speċjalizzat – kategorija li ġiet introdotta din is-sena maħsuba għal ġurnalisti jew kontributuri li jispeċjalizzaw f’oqsma partikolari – fosthom kulturali, legali, finanzjarji, teknoloġija u ambjentali biex insemmu uħud. Uħud minn dawn l-oqsma f’edizzjonijiet passati kellhom kategoriji distinti, iżda l-Kummissjoni ġdida li twaqqfet biex torganizza dawn l-Unuri indirizzat l-appell tal-maġġoranza ta’ dawk li taw sehemhom fil-konsultazzjoni pubblika li saret u ħolqu din il-kategorija.
B’kollox kien hemm 13-il sottomissjoni f’din il-kategorija minn 7 media houses differenti.
L-aktar kategorija li kellha sottomissjonijiet kienet dik għall-istejjer ta’ interess uman b-total ta’ 31 sottomissjoni – rekord assolut ghal kwalunkwe kategorija f’dawn l-unuri.
Fil-kategorija għall-aqwa ġurnaliżmu stampat – l-aktar kategorija li ilha f’dawn l-unur (mill-ewwel edizzjoni tal-1990) – kien hemm 7 sottomissjonijiet. L-ewwel rebbieħ fl-1990 kien Tonio Bonello bi tliet artikli ppublikati fuq il-ġurnal ‘il-Ġens’
L-aqwa Cartoon – kategorija li kienet f’dawn l-Awards bejn 1998 u 2004 … twaqqfet hemm u ġiet introdotta mill-ġdid din is-sena.
Il-kategorija għall-aqwa fotografija fil-qasam ġenerali – iġifieri mhux ta’ natura ta’ ġrajjiet kurrenti jew aħbarijiet, jew ta’ natura sportiva (li għandhom kategoriji distinti). Kien hemm 16-il sottomissjoni.
—
Il-Kategorija għall-aqwa ġurnaliżmu awdjoviżiv fil-qasam tal-aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti – total ta’ 13-il sottomissjoni, tliet kwarti tagħhom minn ġurnalisti ta’ Television Malta.
Il-Kategorija għall-aqwa ġurnaliżmu awdjoviżiv fil-qasam ta’ filmat – Maħsub l-aktar biex jippremja lil-cameramen u ġurnalisti li permezz tal-filmat tagħhom jagħmlu l-akbar sforz biex jgħatu l-aktar stampa ċara lill-pubbliku ta’ dak li ikun qed iseħħ quddiemhom, xi kultant anke b’sogru għall-saħħithom.
L-aktar ġurnalist promettenti – unur introdott din is-sena għall-ġurnalisti li jkunu jaħdmu fil-kmamar tal-aħbarijiet għal inqas minn 4 snin u li jkollhom 30 sena jew inqas. Il-gurnalisti ma setgħux jinnominaw lilhom infushom hawnhekk, iżda setgħu jiġu nominati mill-kap tat-taqsima tal-aħbarijiet.
L-unur ewlieni li ġie introdott din is-sena u li illejla se jkun qed jiġi ppreżentat mill-President ta’ Malta Dr George Vella hu dak għall-aqwa investigazzjoni tas-sena – b’kollox kien hemm 10 sottomissjonijiet
#MJA30 sabet l-appoġġ ta’ diversi sponsors, ewlienin fosthom il-Bank of Valletta u Tech.mt li se jkunu l-isponsors uffiċjali tal-edizzjoni ta’ din is-sena.
Dawn l-unuri qed isiru bil-kollaborazzjoni ukoll ta’: Malta Gaming Authority, Malta Information Technology Agency, Broadcasting Authority, il-Fond għall-Kawżi Ġusti, Farsons Foundation, Malta Public Transport, Izibet, The Convenience Shop, s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, ARMS Limited, Britannia Travel u Heritage Malta.