Report on complaint refering to a journalist being prevented from obtaining comments from Home Affairs Minister Byron Camilleri
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin wasallu ilment min-Net News, li ma tħallix jikseb kummenti mill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri. L-istazzjon bagħat video biex jipprova dan l-ilment: https://fb.watch/3t4VF5quhw/
L-IĠM għalhekk adotta l-proċedura stabbilita għal meta jaslulu ilmenti simili u tawwal iż-żmien għar-risposta biex il-Ministeru jkun jista’ jwieġeb għal dan l-
ilment. Dan sar billi l-inċident lamentat kien qrib tmiem il-ġimgħa u għalhekk
ridna nagħtu ċans lill-Ministeru biex iwieġeb.
Ir-risposta tal-Ministeru waslet it-Tnejn filgħodu fejn ċaħdu dak li sostna l-
istazzjon Net News.
L-Istitut tal-Ġurnalisti jinnota l-isofrzi tal-Ministeru li joffri lill-ġurnalisti l-aħjar
servizz billi jipprovdilhom “feed” tal-avveniment li għalih kienu mitluba
jattendu. Permezz ta’ dan il-ġurnalisti setgħu jużaw il-filmat provdut li kien ta’
kwalita’ awdjo viżwali tajba. Wieħed jittama li din il-prattika tajba tista’ tkun
użata wkoll minn ministeri oħra.
L-IGM jinnota wkoll li l-ġurnalist għamel il-mistoqsijiet tiegħu imma mhux se
jikkummenta dwar ir-risposti li ngħataw għalihom għax iħoss li jekk dawn ma
kienux adegwati, l-udjenzi mill-ewwel jindunaw u jirreaġixxu weħidhom.
Xogħol il-ġurnalist hu li jwassal dawn ir-risposti u r-risposti jirriflettu fuq min
jagħtihom mhux fuq il-ġurnalist li jagħmel id-domandi.
Dwar kummenti li jintlabu jew jingħataw wara l-konferenza jew l-avveniment,
f’dan il-każ jidher li dawn setgħu tmexxew aħjar. Mhux aċċettabbli li xi media
ma titħalliex tagħmel domandi jew tieħu kummenti filwaqt li oħrajn jitħallew.
Dan jirriżulta mill-video u dwar dan il-Ministeru ma qal xejn. Mhux aċċettata
diskriminazzjoni bejn il-ġurnalisti.
F’dan ir-rigward, tkun prattika tajba jekk qabel tibda l-konferenza stampa jew l-
avveniment li għalih tkun mistiedna l-media, li tinġabar lista ta’ ġurnalisti li
jkunu nixtiequ jieħdu kummenti wara. B’hekk l-uffiċjali tal-Gvern ikunu jistgħu
jippjanaw aħjar skond il-ħin allokat u b’hekk ħadd ma jibqa’ barra.
Għall-korrettezza jrid jingħad li billi l-ġurnalista involute fil-każ hi membru tal-
Kunsill tal-IGM, din ma ħaditx sehem fid-diskussjoni dwar dan il-każ.