L-IĠM imnikket bil-mewt ta’ Joe Micallef Stafrace
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jinsab imnikket bil-mewt tal-Avukat Joseph Micallef Stafrace li apparti l-karriera politika tiegħu, jibqa’ mfakkar ukoll għas-sehem kbir u mportanti li ta fil-qasam ġurnalistiku. Sa minn żogħżitu, Joe Micallef Stafrace wera l-ħila tiegħu fit-tħaddim tal-pinna ġurnalistika tiegħu. Hu kien editur tal-ġurnal “Is-Sebħ” u f’Awwissu tal-1958 kien weħel erbat […]