Ittra lill-kapijiet tal-Aħbarijiet dwar miżuri relatati mal-COVID19
Għażiż Kap tal-Aħbarijiet, Fl-aħħar jiem, numru ta’ ġurnalisti u kmamar tal-aħbarijiet esprimew magħna tħassib dwar il-mod kif qed jaħdmu l-ġurnalisti fis-sitwazzjoni tal-COVID-19, speċjalment fid-dawl taż-żieda fin-numru ta’ kazijiet attivi. L-IĠM huwa tal-fehma li l-ġurnalisti kollha għandhom jilbsu l-maskri jew visors waqt li jkunu qed jattendu konferenzi tal-aħbarijiet u attivitajiet oħra. […]