Ittra lill-Carmelo Abela – SLAPP
Il-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qiegħed ġenitilment jitlob laqgħa miegħek biex jiddiskuti l-bżonn ta’ azzjoni urġenti biex il-media Maltija tiġi protetta minn każi ta’ SLAPP. Din it-talba hi marbuta ma stqarrija li ħareġ l-IĠM illum (mehmuża) biex jikkundanna intimidazzjoni li qed tintwera lejn il-kmamar tal-aħbarijiet dwar rapurtaġġ li wettqu fl-aħħar jiem. […]
L-ewwel President Mara għall-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin għandu l-ewwel mara bħala President tiegħu filwaqt li kienu assenjati rwoli lil kull wieħed mill-membri tal-Kunsill li jiffukkaw fuq aspetti u setturi differenti tal-qasam tal-media. Sylvana Debono, ġurnalista veterana li hi l-Kap Editorjali tal-Beacon Media Group li jiġbor fih in-Newsbook kif ukoll l-istazzjon tar-Radju 103FM, hi l-President […]