Ittra lill-Carmelo Abela – SLAPP
Il-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qiegħed ġenitilment jitlob laqgħa miegħek biex jiddiskuti l-bżonn ta’ azzjoni urġenti biex il-media Maltija tiġi protetta minn każi ta’ SLAPP.
Din it-talba hi marbuta ma stqarrija li ħareġ l-IĠM illum (mehmuża) biex jikkundanna intimidazzjoni li qed tintwera lejn il-kmamar tal-aħbarijiet dwar rapurtaġġ li wettqu fl-aħħar jiem.
Napprezzaw jekk din il-laqgħa tistà tkun organżżata mill-aktar fis possibli.
Tislijiet,
Nigel Mifsud
Segretarju Ġenerali
Istitut tal-Ġurnalisti Maltin