IGM concerned about decision to suspend editor
IGM concerned about decision to suspend editor
The IGM is concerned with the decision taken by Union Print to suspend its editor Victor Vella.
While the General Workers’ Union, which owns Union Print, has publicly said the suspension is tied to administrative issues, from the facts known to the IĠM, it appears that the real reason is linked to editorial decisions taken by Vella and which did not go down well with the company’s management.
While a company has the right to appoint an editor it considers best placed to advance its beliefs, it does not appear that Vella departed from the principles that underpin the Union Print.
The IGM expresses solidarity with Vella and condemns the disproportionate action taken against him by Union Print.
L-IĠM jinsab inkwetat bid-deċiżjoni tal-Union Print li tissospendi l-editur Victor Vella.
Filwaqt li l-General Workers’ Union, li hi sid tal-Union Print, qalet pubblikament li s-sospensjoni hi marbuta ma’ kwistjonijiet amministrattivi, mill-fatti magħrufa s’issa lill-IĠM, jidher li r-raġuni vera hi marbuta ma’ deċiżjonijiet editorjali li ħa Vella u li ma niżlux tajjeb mat-tmexxija tal-kumpanija.
Filwaqt li kumpanija għandha dritt tappunta editur li jidhrilha li hu l-aħjar biex javvanza l-linja ta’ ħsieb li tixtieq timbotta, ma jidhirx li Vella mar kontra l-prinċipji tal-Union Print. L-IĠM jixtieq jesprimi solidarjetà ma’ Vella u jikkundanna dan l-aġir sproporzjonat mill-Union Print fil-konfront tiegħu.