L-IĠM isellem lil Godfrey Grima
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin isellem il-memorja tal-ġurnalist veteran Godfrey Grima li l-bieraħ ħalla din id-dinja.
Godfrey Grima għal snin twal ħadem ma’ diversi gazzetti u aġenziji tal-aħbarijiet kemm lokalent u aktar u aktar internazzjonalment. Hu bagħat rapporti minn diversi pajjiżi fosthom anke minn inħawi fejn kien hemm ġlied u gwerer u investiga numru ta’ każi importanti fix-xena internazzjonali u lokali.
Godfrey kien ġurnalist li għen ħafna ġurnalisti oħra li ġew warajh, kienu x’kienu it-testati li kien jaħdmu magħhom u ta’ diversi pariri siewja lil ħafna ġurnalisti. Kien ukoll kummentatur imfittex dwar ġrajjiet kurrenti u aħbarijiet ta’ natura politika.
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta’ Godfrey Grima.